Illum, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fil-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza b’saħħitha rapport li ġie nnegozjat mill-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa, u li meta jidħol fis-seħħ, se jwassal għal aktar drittijiet lill-ġenituri fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport jinkludi diversi miżuri ġodda li joffru drittijiet ġodda lill-ġenituri, b’mod speċjali dawk Maltin. Fost l-oħrajn, ir-rapport li mexxa ‘l quddiem David Casa għandu jwassal biex mat-twelid ta’ tarbija, l-missirijiet jingħataw 10 t’ijiem ta’ leave, kif ukoll li għal kull tarbija, l-ġenituri jkollhom 4 xhur leave mħallas li jistgħu jieħduh sakemm it-tifel jew it-tifla jgħalqu 10 snin.
MEP @DavidCasaMEP comments after today's vote in @EPSocialAffairs on the #WorkLifeBalance Directive. This report means more rights for parents and safeguards for employers. Next step: negotiations with @EUCouncil.@EPPGroup @mariannethyssen pic.twitter.com/IF5v2H60c8
— EPP_MT (@EPP_MT) July 11, 2018
F’Ottubru li għadda, David Casa, li hu l-Koordinatur tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew f’dan il-Kumitat, ġie magħżul mill-Parlament Ewropew biex ikun hu li jinnegozja mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra din id-direttiva. Filfatt, issa, wara l-vot tal-lum, dawn in-negozjati mistennija jibdew f’Settembru li ġej.
Fl-ewwel kummenti tiegħu wara l-vot tal-lum, l-MEP David Casa qal “Ninsab sodisfatt li l-MEPs minn pajjiżi differenti u minn gruppi politiċi differenti fehmu li dak li qed niproponi – jiġifieri aktar drittijiet għall-ġenituri u aktar salvagwardji għal min iħaddem – hu l-aqwa bilanċ li nistgħu noffru lill-familji fl-Ewropa. Il-vot tal-lum hu pass importanti ‘l quddiem, u issa ninsab ħerqan biex, f’isem il-Parlament Ewropew, ninnegozja mal-Kunsill tal-Ministri, l-aqwa miżuri f’isem il-ġenituri kollha Ewropej. Dan hu eżempju ieħor ta’ kif, permezz tal-Parlament Ewropew, qed nagħmlu differenza kbira fil-ħajja tan-nies.”
Ir-rapport ma jaħsibx biss fil-ġenituri, iżda wkoll jintroduċi diversi salvagwardji għal min iħaddem, u b’mod partikolari għall-SMEs. Minn dawn se jkunu qed igawdu wkoll l-SMEs Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>