Edukazzjoni

Digital Educations Holdings jingħataw liċenzja biex joperaw f’Malta

Minn Novembru se jibda jiġi offrut Baċellerat fil-Mediċina

L-awtoritajiet Maltin approvaw programm ġdid ta’ studju immexxi mill-EDU, liema programm se jkun qed joffri kors ta’ Baċellerat fil-Mediċina. Dan tħabbar ix-xahar li għadda, fejn ġie konfermat li l-kors fil-mediċina se jibda din is-sena stess f’Novembru. Fil-fatt, l-applikazzjonijiet tal-EDU jinsabu miftuħa.

EDU se joperaw taħt il-liċenzja li ingħatat lil Digital Educations Holdings Ltd.

Il-programm ta’ studju se jkun mifrux fuq 3 snin, u sentejn addizzjonali għal min irid jagħmel Masters fil-Mediċina.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq is-sit www.medical.edu.eu.

Tags