Beate Zschäpe kienet ikkundannata għal għomorha l-ħabs minħabba l-qtil ta’ għaxar persuni. Qtil li kellu motivazzjoni razzista meta hi kienet parti minn grupp neo-Nazista.
Il-qtil seħħ bejn l-2000 u l-2007 u l-vittmi kienu tmien Torok, Grieg u pulizija mara.
Il-proċess kien ilu sejjer ħames snin u kien l-itwal wieħed kriminali fl-istorja moderna tal-Ġermanja.
Il-Pulizija kixfet ir-rabta bejn il-qtil fl-2001 b’kumbinazzjoni, wara serqa li marret ħażin minn żewġ membri oħra tal-grupp. Membri li mbagħad għamlu suwiċidju hekk kif kienu mdawra mill-Pulizija. Zschäpe kienet taqsam appartament maż-żewġt irġiel – Uwe Mundlos u Uwe Böhnhardt.
Ma’ Zschäpe kienu kkundannati erba’ persuni oħra: Ralf Wohlleben, li kien kiseb il-pistola li biha sar il-qtil u li kien ikkundannat għaxar snin, Carsten S, li mar jagħti l-pistola u li kien ikkundannat tliet snin, André E, li kien ikkundannat sentejn talli kien igħin lill-grupp u Holger G li ngħata kundanna ta’ tliet snin ħabs talli kien ta dokumenti falzifikati lil Mundlos.
Għomorha l-ħabs għal qtil razzist


