Ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn feriti gravi
Raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular minn fuq fabbrika. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu fi Triq Durumblat fil-limiti tal-Mosta.
Il-Pulizija ikkonfermaw li r-raġel, li hu mill-Imtarfa, kien qed jagħmel xi xogħol fil-ħin li seħħ l-inċident.
Fil-post waslu kemm ambulanza kif ukoll il-Pulizija.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>