L-ispiża għax-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta kważi rduppjaw, u issa l-proġett hu stmat li se jlaħħaq is-€7 miljuni. Dan hu dovut għal numru ta’ fatturi. Waħda mir-raġunijiet hi li wara li sar rapport tekniku dettaljat minn kumpanija Taljana speċjalizzata f’dan il-qasam, inkixfu ħsarat iktar akuti milli maħsuba oriġinarjament.
Raġuni oħra hija l-prezzijiet ogħla għax-xogħolijiet, riżultat dirett taż-żieda qawwija fl-ispejjes tal-industrija tal-bini.
Il-Pro-Katidral ta’ San Pawl hu bini monumentali, u l-kampnar tiegħu jiddistingwi ruħu fil-pajsaġġ tal-Belt Valletta. Dan il-kampnar huwa għoli 67.7 metri u għandu bażi kwadra; bil-kampnar innifsu għandu forma ottagonali.
Il-kampnar għandu ħsarat fil-ġebel u anke fl-istrtuttura tal-metall li tirrinforzah, u l-ewwel xogħlijiet se jkunu propju fuq it-torri. Iktar xogħlijijet mistennija jsiru fuq il-katridral innifsu fejn hemm bżonn ta’ xogħol estensivi fuq is-saqaf kif ukoll xogħolijiet oħra ġewwa u fuq iz-zuntier.
Ix-xogħlijiet fuq il-kampnar għandhom jittlestew sat-tmiem tal2019 u l-proġett sħiħ ghandu jkun komplut sal-aħħar tal-2021.
Il-proġett ingħata lil Architecture Project li huma responsabbli wkoll għal għad ta’ proġetti oħra ta’ restawr u riġenerazzjoni.
Il-Katridral jinsab f’nofs iz-zona tal-Belt li taqa’ taħt il-pjan tal-gvern għar riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-proġett s’issa kiseb €1.2 miljuni minn fondi Ewropej. Donazzjonijiet oħra saru minn individwi u entitajiet privati u laħħqu l-miljun ewro.
F’kumment li ta lil netnews.com.mt, Fr Simon Godfrey, Kanċillier tal-Katridarl, qal li l-ikbar sfidi fil-proġett, apparti l-fondi, huma r-riżorsi umani. Hu kompla jgħid li issa hemm numru ta’ volontiera u esperti li qed jagħtu ħafna mill-enerġija tagħhom biex jitkompla dan il-proġett b’suċċess.
Il-Katidral Anglikan huwa skedata bħala binja ta’ Grad 1.
//= $special ?>