Is-subien li kienu salvati mill-għar jinsabu f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa, imma minkejja dan se jinżammu għal din il-ġimgħa l-isptar.
Matul il-ġimgħa wkoll huma se jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom għall-ewwel darba minn mindu nħelsu.
Is-sorsi qalu li s-subien ingħataw doża qawwija ta’ kalmanti hekk kif kienu qed jinħeslu biex ikun evitat li jagħtihom xi attakk ta’ paniku hekk kif ikunu qed jinħarġu mill-għar mgħarraq ta’ Tham Luang.
Sar magħruf ukoll li diversi klabbs tal-football magħrufa, fosthom il-Manchester United u l-Benfica, stiednu t-12-il tifel u l-coach tagħhom biex imorru għal btala għandhom. Saret ukoll stedina biex dawn imorru għall-finali tat-Tazza tad-Dinja; imma l-kundizzjoni ta’ saħħithom ma tippermettix.
Is-saltvataġġ tas-subien kien maqsum tul tlett ijiem, bl-ewwel erba’ jinħarġu l-Ħadd u l-aħħar erbgħa t-Tlieta. Huma kienu ilhom disat ijiem maqbuda fl-għar qabel ma nstabu.
Il-grupp ta’ 13 issa jinsabu fl-isptar ta’ Chiang Rai. Hekk kif joħorġu mill-isptar huma jridu jagħmlu ġimgħa konvalaxxenti f’darhom. Iżda ntqal li ħadd minnhom ma kellu infezzjonijiet jew kundizzjonijiet mediċi serji.
Jirkupraw l-isptar


