Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista se jorganizza seminar bit-tema “SEX – Are We Doing It Right?”
Esperti u professjonisti se jkunu qed jingħaqdu f’din id-diskussjoni maż-żgħażagħ illi se tiffoka fuq l-edukazzjoni sesswali. Fost l-oħrajn, is-seminar se jidħol fid-dettall f’temi li huma kunsidrati wkoll bħala taboo.
L-MŻPN qed jistieden liż-żgħażagħ u lill-ħbieb tagħhom biex jieħdu sehem attiv f’dan is-seminar li hu l-ewwel wieħed mis-serje ‘Viżjoni MŻPN’.
Is-seminar se jibda fl-10am fil-bini tal-AŻAD fil-Belt. Ir-reġistrazzjoni għas-seminar issir mad-dħul.
//= $special ?>