Kien hemm attakk mill-ajru Iżraeljan tul il-fruntiera Sirjana ma’ Iżrael. Dan b’reazzjoni għad-dħul ta’ drone fit-territorju Iżraeljan mis-Sirja nhar l-Erbgħa.
Il-militar Iżraeljan qal li kien hemm tliet postijiet fil-mira tal-attakki li saru u dawn kienu fil-provinċja ta’ Quneitra, li hi tul il-fruntiera Sirjana mal-Għoljiet tal-Golan.
Dan l-attakk seħħ ftit sigħat wara li Iżrael kellu jispara missila Patriot kontra d-drone. Dan wara li din daħlet fl-ispazju tal-ajru Iżraeljan.
La fl-attakk fis-Sirja lanqas fl-inċident bid-drone ma kien hemm rapporti ta’ nies midruba.
Dan kollu seħħ hekk kif il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu mar Moska għal taħditiet mal-President Vladimir Putin. Taħditiet li l-qofol tagħhom huma s-Sirja u l-Iran.
Attakk mill-ajru Iżraeljan fis-Sirja


