Lokali

Fliexken jitwaddbu u ġlied bil-ponn fil-World Cup Village, wara l-eliminazzjoni tal-Ingilterra

Żagħżugħ Għawdxi jispiċċa f'nofs ġlieda u jkollu jittieħed l-isptar

Ilbieraħ filgħaxija, wara l-logħba fejn l-Ingilterra nqalet mit-Tazza tad-Dinja mis-semi finali kontra l-Kroazja, fil-World Cup Village fil-Gżira nqalgħu argumenti u vjolenza – hekk kif nies li raw l-inċident iseħħ qalu li n-nuqqas ta’ sigurtà f’attivitajiet tal-massa bħal dawn iwasslu għal nuqqas ta’ atteġġjament xieraq, bil-konsegwenza li jweġġgħu n-nies.

Nies li tkellmu ma’ NET News qalu li l-irjus bdew jisħnu mal-gowl tad-draw tal-Kroazja, iżda mbagħad eskalat hekk kif wasal il-gowl tar-rebħa fil-ħin barrani. Jidher li lejn l-aħħar tal-logħba numru ta’ tazzi u fliexken tal-birra minn partitarji tal-Ingilterra lejn partitarji tal-Kroazja.

Xhieda li raw kollox iseħħ quddiemhom qalu, li għall-provokazzjoni tal-partitarji tat-tim Ingliż, il-partitarji Kroati tbegħdu miż-żona. Madanakollu, persuna li kien qiegħed jara l-logħba fil-World Cup village sofra l-konsegwenzi tal-argument – hekk kif partitarji Ingliżi ħasbu lil dan ir-raġel minn Għawdex li hu partitarju Kroat u spiċċa f’nofs il-ġlieda, u kellu jittieħed lejn l-isptar għall-kura minn raġel liebes flokk tal-Ingliżi.

Ir-raġel li kien qiegħed jara l-logħba ma’ sħabu, tħalla ferut fejn l-istaff tal-post pruvaw jgħinu lill-vittma sakemm ġew il-Pulizija. Fuq il-media soċjali, intefa’ artiklu ta’ The Malta Independent minn ħabiba tal-vittma, fejn fiha tidher il-ferita li sofra dan iż-żagħżugħ minn ħabiba tiegħu – filwaqt li spjegat dak li seħħ, hekk kif qala’ daqqa ta’ ponn minn imkien. Fil-post fuq Facebook inġibdet l-attenzjoni wkoll ta’ kif in-nuqqas ta’ sigurtà f’attivitajiet bħal dawn hi inkwetanti.

Ara l-post li intefgħet fuq il-media soċjali: