Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi fuq il-post tax-xogħol

Raġel ta’ 44 sena mill-Kalkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.15pm ġewwa fabbrika fil-limiti ta’ Għar Ħasan, f’Birżebbuġa, meta għal xi raġuni waqa’ shutter fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.