Wara diversi każi ta’ persuni li kienu se jgħerqu, id-Dipartiment tal-Infermiera fl-Università ta’ Malta ħassew il-bżonn li iqajmu għarfien dwar dak li wieħed għandu jagħmel f’każ li xi ħadd ikun qed jgħereq.
Madwar id-dinja kollha jkun hemm madwar 6,000 każ ta’ mewt kull sena, b’medja ta’ ħames persuni f’Malta.
Claire Catanzaro hi infermiera li salvat lil tifla ta’ 4 snin hekk kif kienet qed tgħereq f’pixxina pubblika fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda, filwaqt li wasslet messaġġ dwar l-importanza li wieħed ikun jaf l-ewwel għajnuna.
Fit-taħdita intqal li wieħed ma jgħeriqx biss f’pixxina jew fil-baħar, iżda saħansitra fi ftit ilma, bħal fliskatur. Dan hekk kif wieħed ikun qed jgħereq la darba ir-ras tkun taħt l-ilma u mhux neċessarjament il-ġisem kollu.
Ġie spjegat li wieħed jipprova jżomm in-nifs biex ma jidħolx ilma fil-pulmun, iżda wieħed jgħajja mingħajr ossiġnu u ikollu jibda jieħu n-nifs. Dan b’riżultat li jibda dieħel l-ilma fil-pulmun.
Intqal li huwa importanti biex wieħed ma jiċċajtax meta jkunu viċin l-ilma, bħal jiġi mbuttat. Trevor qal li l-ħsara li ssir hija kbira anke jekk wieħed isalva.
Sostna li m’hemmx mod kif jitneħħa l-ilma mill-pulmun qabel ma ssir ħsara sostanzjali. Dan hekk kif l-ilma jrid jitneħħa f’inqas minn tlett minuti, u b’hekk huwa impossibli.
//= $special ?>