“L-istituzzjonijiet għandhom jiproteġu liċ-ċittadini Maltin, mhux lil politiċi korrotti u dawk kompliċi magħhom” – Casa
Wara li din il-ġimgħa, l-Awtorità Bankarja Ewropea kkonfermat li l-FIAU ta’ Malta kisret il-liġi ta’ kontra l-ħasil tal-flus, l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista David Casa talab lill-istess Awtorità biex tespandi l-investigazzjoni tagħha fit-trattament ta’ Nexia BT.
Fl-ittra tiegħu, l-MEP Casa qal li Nexia BT kienet fiċ-ċentru ta’ diversi każi ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni, li jinvolvu lill-Bank Pilatus u uffiċjali għolja tal-Gvern Malti.
L-MEP David Casa qal: “Il-pjani ta’ azzjoni ma jiswew xejn sakemm Nexia BT tkompli taħdem mingħajr konsegwenzi. Il-ħtif tal-awtoritajiet regolatorji jiġi kkonfermat mill-fatt li Nexia BT għadha bil-liċenzja biex taħdem.”
Wara r-rapport tal-EBA dwar l-FIAU, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna li żmien l-iskużi spiċċa, u għandha tintrefa’ r-responsabbiltà politika.
The time for excuses is over.
Malta can wait no more lest more harm is wreaked. Resignations now. Strengthen our institutions now. #SaveOurReputation #ActNow— Adrian Delia (@adriandeliapn) July 11, 2018
Fl-ittra lill-EBA, Casa għamel referenza wkoll għall-aħħar rapport tal-FIAU li jgħid li għandha tittieħed azzjoni mill-Pulizija kontra l-Ministru Konrad Mizzi. “L-aħħar rapport tal-FIAU li jgħid li għandha tittieħed azzjoni mill-Pulizija kontra l-Ministru Konrad Mizzi ġie ppreżentat lill-ġudikatura, wara li l-awtoritajiet Maltin naqsu milli jieħdu azzjoni. Ir-rapport jinkludi d-dettalji tal-proċess biex jinfetħu strutturi għall-ħasil tal-flus, u attentati biex jinfetħu kontijiet tal-bank li kellhom jirċievu flus li ma setgħux jiġu spjegati b’mod leġittimu.
Ir-rapport juri wkoll kif l-FIAU ġiet ingatta minn Karl Cini ta’ Nexia BT, li hu wkoll l-uffiċjal ta’ kontra l-ħasil tal-flus. Juri wkoll kif ġew iffabrikati dokumenti biex ikunu simili għal dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru mill-politiċi, u kif informazzjoni importanti nżammet sigrieta mill-investigaturi tal-FIAU. Kien l-FIAU nnifsu li wasal għal dawn il-konklużjonijiet, li jkompli jqajjem dubji dwar il-fatt li ma ħadet ebda azzjoni.”
David Casa provda lill-Awtorità Bankarja Ewropea kopja tar-rapport tal-FIAU.
Żmien l-iskużi dwar il-Pilatus Bank għadda: responsabbiltà u azzjoni issa
//= $special ?>“Fix-xhur li ġejjin inkun naf jekk ta’ Pilatus Bank kienx inċident sistematiku”