Lokali

F’qagħda kritika wara li jittajjar f’hit and run f’Raħal Ġdid; jiġi arrestat is-sewwieq

Jiġi arrestat raġel ta’ 27 mill-Isla wara li ħalla żagħżugħ ta’ 21 sena f’qagħda kritika hekk kif kien miexi f’Raħal Ġdid u tajru filwaqt li s-sewwieq baqa sejjer.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm meta karozza tat-tip Mercedes E250D tajret lir-raġel li kien miexi fi Triq Perit  Duminku Mintoff, residenti r-Rabat.

Skont midja oħrajn, passiġġiera li kienet fil-karozza niżlet mill-karozza iżda reġgħet telgħet lura filwaqt li saqu minn fuq il-post, direzzjoni tal-Marsa.

Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn żewġ ġuvintur u mara li taf l-ewwel għajnuna. Fuq il-post marret ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Il-vettura nstabet fi Triq Clarence f’Raħal Ġdid, ftit ‘il bogħod minn fejn seħħ l-inċident. It-triq in-naħa tan-niżla tinsab magħluqa għat-traffiku.