Lokali

Il-Festa tal-Madonna tal-Duttrina f’Ħal Tarxien b’differenza

Ħidma bla waqfien minn numru ta’ voluntiera li matul il-jum tal-Ġimgħa kienu qed jisfidaw is-sħana tax-xemx li jġib miegħu Lulju biex jgħatu l-aħjar Festa tal-Madonna tad-Duttrina, f’Ħal Tarxien; b’din is-sena tkun b’differenza.

Dan hekk kif għal din is-sena, in-nar tal-art se jsir lejliet il-festa minflok dakinhar, kif kien isir fis-snin passati.

Waqt li konna qed nitkellmu ma’ wħud mill-voluntiera, indaqqet sirena li hija tradizzjonai ta’ kull sena. Din tindaqq darba kuljum mill-Ħamis sal-Ħadd, dakinhar li tiġi ċċelebrata l-festa.