Ewropa Lokali Qtil Politiku Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew b’aktar mistoqsijiet dwar l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Parlament Ewropew kompla jsegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f’Malta kif ukoll l-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt, f’sessjoni apposta dwar is-sitwazzjoni f’Malta u fis-Slovakja, fejn ukoll inqatel il-ġurnalist Jan Kuciak, il-Parlament Ewropew kompla jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet biex min qatel lill-ġurnalisti jinstab u ssir il-ġustizzja li hemm bżonn.

Dwar dak li qed jiġri f’Malta, l-MEPs għamlu numru ta’ mistoqsijiet lil rappreżentanti tal-ġudikatura u tal-Korp tal-Pulizija f’Malta. L-MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola hi membru ta’ dan il-grupp ta’ ħidma li qed jiffoka fuq is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f’Malta.

Skont The Times of Malta, l-uffiċjali tal-Pulizija preżenti għal-laqgħa sostnew li minkejja li Daphne Caruana Galizia żvelat bosta fatti dwar uffiċjali għolja tal-Gvern, ebda politiku ma ġie interrogat dwar dan il-qtil.