Internazzjonali

Intoppi b’Messenger ta’ Facebook

Għat-tieni darba f’ġimgħa kien hemm intoppi bl-użu ta’ Facebook. Din id-darba l-problema kienet bl-użu tas-servizz ta’ Messenger li joffri dan is-sit soċjali.
Dan wara li kien hemm problema bl-app ta’ Facebook.
Il-problema b’Messenger effettwat klijenti madwar id-dinja imma l-aktar fl-Ewropa. Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, ħafna kienu dawk li ma setgħux jaraw is-servizz ta’ messenger meta jiftħu Facebook jew kellhom problemi biex jirċievu u jibgħatu messaġġi.
Dan wara li ġurnata qabel, dawk li jużaw l-Android kellhom problemi bl-app ta’ Facebook.
Il-messenger ta’ Facebook hu wieħed mis-servizzi li l-aktar jintuża fid-dinja biex jintbagħtu messaġġi u hu stmat li hawn 1.3 biljun persuna li jużawh.