Studenti li din is-sena poġġew għall-eżamijiet tal-Matsec marru ftit aħjar fl-Ingliż u l-matematika, imma marru ftit agħar fil-Malti.
Dan ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat minn rappreżentanti tal-MATSEC fl-Universita’ ta’ Malta.
Mill-figuri mogħtija waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, ħareġ kif fil-Malti kien hemm tnaqqis ta’ kważi 3% f’riżultati fi grad bejn 1 u 5.
Il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat fl-istess jum li fih l-istudenti li poġġew għall-eżamijiet tal-Matsec fil-livelli ordinarji, intermedji u avvanzati irċevew ir-riżultati tagħhom permezz ta’ SMS.
Għas-sessjoni tal-eżamijiet li saru bejn Mejju u Ġunju ta’ din is-sena poġġew 5145 kandidat għal-eżamijiet tas-SEC, u 3805 għaċ-certifikat tal-matrikola. Ftit iktar minn 90% tat-tfal li twieldu fl-2002 poġġew għall-eżamijiet tas-SEC, u 42% tat-tfal li twieldu fis-sena elfejn poġġew għall-eżamijiet tal-matrikola.
Minn dawn il-kandidati li poġġew għas-sec, 44% ġabu l-kwalifiki biex ikun jistgħu ikomplu l-istudji tagħhom f’sixth form u 21% kisbu l-kwalifiki biex ikomplu l-istudji tagħhom fl-Universita’.
Wara l-ewwel sessjoni tal-eżamijiet fil-livell intermedju u avvanzat tal-2018, 1175 kandidat irċieva ċ-ċertifikat tal-matrikola. Fl-2017, wara l-ewwel sessjoni, kienu 1399 il-kandidatli li kisbu dan iċ-ċertifikat.
Tul is-sessjoni li saret bejn is-17 ta’ Marzu u l-14 ta’ Ġunju ta din is-sena saru 542 eżami b’total ta’ kważi 50,000 reġistrazzjoni.
//= $special ?>