Lokali

Prodotti oħra li jinkludu s-sweet corn m’għandhomx jittieklu

Illum ħarġet stqarrija li tgħid li wieħed m’għandux jiekol il-prodotti tad-ditta Dat-Schaub li fihom is-sweet corn.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenzsa tas-Saħħa Pubblika qalet li dan minħabba li l-prodotti huma kkontaminati bil-mikrobu Listeria Monocytogenes.

Wieħed m’għandux jiekol il-prodotti tal-lottijiet kollha u li l-borża tiżen 450g u 900g.