Lokali

Banda tal-iscouts jipparteċipaw f’Basel Tattoo

Esperjenza għall-banda tal-iscouts tal-Marsa ‘Pipes and Drums’ li nhar it-Tnejn 16 ta’ Lulju se jkunu qed idoqqu f’Basel Tattoo flimkien ma’ diversi gruppi barranin oħra tal-iscouts.

Il-mexxej ta’ waħda minn żewġ baned li se tkun qed tipparteċipa, Alex Cutajar qalilna dwar din l-esperjenza ġdida. Hu qalilna wkoll dwar il-preparamenti tagħhom f’dawn l-aħħar xhur.

Alex Cutajar kompla jgħid li minkejja li din hija esperjenza speċjali, huma ma jgħallmux biss għal din l- opportunità, iżda jgħallmu wkoll il-valuri ta’ ċittadini tajbin.

Basel Tattoo ta’ din is-sena se tkun qed issir bejn il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju sas-Sibt 28 ta’ Lulju f’Basel fl-Iżvizzera.