Lokali

FILMAT: Silvio Schembri jibqa’ ma jweġibx hux se tintrefa’ responsabbiltà politika

NET News jieħu l-kumment tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri dwar ir-rapport ta' kundanna mill-Awtorità Bankarja Ewropea

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħarab mill-kameras ta’ NET News meta kien magħfus b’mistoqsijiet dwar jekk hu jew xi ħadd mill-Gvern ta’ Joseph Muscat humiex se jerfgħu r-responsabbilta’ politika wara r-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea li kkudanna l-mod kif l-FIAU mexxiet l-investigazzjoni fir-rigward tal-Bank Pilatus.

Kumment ma’ NET News li joħroġ biċ-ċar kif il-Gvern Laburista tilef id-definizzjoni ta’ ‘politika responsabbli’ u qed jipprova jitfa’ dan l-episodju li jtebba’ isem pajjiżna taħt it-tapit.

Fl-aħħar jiem, wara li l-Awtorità Bankarja Ewropea kkundannat l-investigazzjoni li għamlet l-FIAU fuq il-Bank Pilatus, diversi gazzetti rrappurtaw kif is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri għawweġ il-verità hekk kif ħareġ pubblikament jgħid li dan ir-rapport mill-EBA isir bħala rutina – mentri dan mhux minnu.

Magħfus bil-mistoqsijiet dwar il-mod kif għawweġ il-verità meta qal li rapport bħal dak tal-EBA isir bħala rutina, Silvio Schembri spiċċa nfexx f’attakk fuq il-media indipendenti.

Fil-ġimgħa li għaddiet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia flimkien ma’ deputati tkellmu pubblikament dwar il-bżonn li xi ħadd jerfa’ r-responsabilità politika għal dan ir-rapport ta’ kundanna mill-Awtorità Bankarja Ewropea – u l-bżonn li tiġi protetta r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fis-servizzi finanzjarji.

Aktar artikli relatati:

Żmien l-iskużi dwar il-Pilatus Bank għadda: responsabbiltà u azzjoni issa