Numru ta’ residenti abbandunaw villaġġ fil-Punent ta’ Grinlandja minħabba massa kbira ta’ silġ li avviċinat l-inħawi. F’każ li s-silġ jitkisser, kapaċi jirriżulta l-mewġ kbir tat-tip tsunami bil-potenzjal li jinqerdu d-djar taz-zona.
Għalkemm is-sitwazzjoni fil-villaġġ ta’ Innaarsuit qed tidher ‘ftit jew wisq stabbli’, il-periklu għad-djar li jinsabu fuq promontorju għadu hemm, bl-uffiċjali lokali jgħidu li din hi ‘l-akbar massa ta’ silġ’ li qatt raw.
Matul is-sajf li għadda kienu mietu numru ta’ nies wara li l-mewġ mis-silġ imdewweb għarrqu d-djar fil-majjistral ta’ Grinlandja wara terremot. Intant, il-power station u t-tankijiet tal-fuel ta’ Innaarsuit huma qrib ħafna tax-xatt. Dan waqt li l-esperti qed iwissu li żdied l-element ta’ periklu mill-movimenti tas-silġ li huma dovuti għall-bidliet fil-klima u li (anki) qed iżidu l-potenzjal tat-tsunami.
//= $special ?>

