Lokali

Kont sorpriż li l-istaġun tas-sajf beda bix-xita u r-ragħad?

Għalkemm uħud kienu sorpriżi li l-ftuħ tal-istaġun tas-sajf kien ikkaretarizzat mix-xita u r-ragħad, jirriżulta li fuq kollox dan mhuwiex daqstant stramb hekk kif id-data meteoroloġika turi li ħamsa mill-aħħar għaxart isjuf bdew bl-istess mod.

Din l-istatistika nħarġet mill-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta.

Fix-xahar ta’ Ġunju għamlet 7.8mm ta’ xita aktar min norma, iżda l-jiem xemxin u t-temperaturi għoljin ma naqsux.

Fit-12 ta’ Ġunju ġiet irreġistrata l-ogħla temperatura massima għax-xahar, dik ta’ 31.4 grad celcius. Minn naħa l-oħra, l-inqas temperatura tax-xahar kienet ta’ 18.2 grad celcius, propju ġimagħtejn wara.

Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-abaħr, it-temperatura f’wiċċ il-baħar kienet 1.2 grad celcius ogħla mis-soltu, hekk kif it-temperatura medja tal-baħar kienet ta’ 22.7 grad celcius.

Fix-xahar ta’ Ġunju kien hemm medja ta’ 10.8 sigħat ta’ xemx kull jum, filwaqt li fl-aktar jum xemxi tax-xahar ġew irreġistrati 13.2 sigħat ta’ xemx.

U għalkemm l-4 ta’ Ġunju tniżżel fir-rekords meteoroloġiċi bħala l-aktar jum griż, ix-xemx xorta ħarġet għal 4.5 sigħat sħaħ tul il-ġurnata.

Ix-xahar kien ikkaretizzat ukoll b’iktar riħ minn normal, bil-veloċità medja tar-riħ tkun ta’ 9.4 minflok 7.6 kif normalment tkun.

Fil-25 ta’ Ġunju ġiet imkejla buffura massima ta’ 42 li kienet qed tonfoħ mit-Tramuntana kwarta Majjistral. Fl-istess ġurnata ġiet irrappurtata wkoll waħda miż-żewġ istanzi ta’ ragħad għax-xahar mill-Uffiċju Meteoroloġiku.