Lokali

Matthew, atleta ta’ Special Olympics Malta, huwa l-vittma tal-hit and run

Il-vittma tal-hit and run ta’ Raħal Ġdid tal-bieraħ huwa Matthew, atleta ta’ tat-tip tal-futbol ta’ Special Olympics Malta.

Il-bieraħ ġie arrestat raġel ta’ 27 mill-Isla wara li ħalla liż-żagħżugħ ta’ 21 sena f’qagħda kritika hekk kif kien miexi f’Raħal Ġdid u tajru filwaqt li s-sewwieq baqa sejjer.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm meta karozza tat-tip Mercedes E250D tajret lir-raġel li kien miexi fi Triq Perit  Duminku Mintoff, residenti r-Rabat.

Skont midja oħrajn, passiġġiera li kienet fil-karozza niżlet mill-karozza iżda reġgħet telgħet lura filwaqt li saqu minn fuq il-post, direzzjoni tal-Marsa.

Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn żewġ ġuvintur u mara li taf l-ewwel għajnuna. Fuq il-post marret ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Il-vettura nstabet fi Triq Clarence f’Raħal Ġdid, ftit ‘il bogħod minn fejn seħħ l-inċident.