Nancy Sinatra senior, li kienet l-ewwel mill-erba’ nisa li kien iżżewweġ l-attur u kantant leġġendarju Amerikan Frank Sinatra, mietet fl-età ta’ 101 sena.
Hi kienet iltaqgħet għall-ewwel darba ma’ Frank Sinatra fl-1934 u żżewwġitu ħames snin wara. Intant, u għalkemm kienu sseparaw legalment fl-1950, Nancy u Frank Sinatra baqgħu xorta qrib ta’ xulxin sal-jum tal-mewt tal-kantant, fl-1998.
Nancy Sinatra senior qatt ma reġgħet iżżewwġet u kienet tgħix ħajja kwieta f’Beverly Hills, f’Kalifornja, fejn kienet magħrufa għall-ħidma tagħha b’risq il-kawżi karitatevoli.
Frank u Nancy Sinatra kellhom tlett itfal – Nancy Jr ( magħrufa għall-kanzunetta ‘These Boots Were Made For Walking’; Frank Jr ( li miet fl-2016) u Tina.
//= $special ?>

