Libjan ta’ 35 sena sofra ġrieħi gravi hekk kif ġie aggredit minn persuna waqt li kien qiegħed fi Triq il-Knisja, San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2:55am, b’diversi persuni li kienu fl-akkwati taw l-għajnuna lir-raġel, residenti Tal-Pietà.
Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi kawża ta’ diversi daqqiet li qala’.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>