Lokali

Tkompli tiżdied is-sħana fil-ġranet li ġejjin

Hekk kif dan is-sajf it-temperatura se tkompli tgħola fil-ġranet li ġejjin, id-Direttorat dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa avża biex wieħed jixrob regolarment.

Fost affarijiet li d-Direttorat appella biex wieħed ma joqgħodx fix-xemx għal ħin twil, b’mod speċjali bejn l-10 ta’ filgħodu u l-4 ta’ wara nofsinhar. Huma appellaw ukoll biex wieħed jixrob l-ilma u jevita ikel sħun, filwaqt li joqgħodu ġewwa fl-iktar ħinijiet sħan tal-ġurnata.