Lokali

Żagħżugħ jikkwalifika fit-tielet post f’konkors

Minkejja l-isfidi tal-kors tal-liġi, żagħżugħ ta’ 21 sena rnexxilu jgħeleb diversi sfidi oħra biex jikklassifika fit-tielet post fil-konkors Man of the World, fil-Filippini.

Bjorn Camilleri kklassifika fit-tielet post fil-kategorija ta’ ‘formal wear’ fl-istess konkors. Dan hekk kif hu ħa sehem fit-tieni edizzjoni tal-konkors. Hu kkompeta ma’ 30-il kandidat ieħor minn madwar id-dinja kollha.

Waqt din il-kompetizzjoni, Bjorn ħa sehem f’diversi attivitajiet oħra, fosthom żar lil tfal abbandunati f’orfanatrofju. Għada mistenni li jibda triqtu lura lejn Malta.