Lokali

Żewġ persuni jittieħdu l-isptar wara ħabta bejn ħames karozzi

Żewġ persuni jittieħdu l-isptar għall-kura wara ħabta bejn ħames karozzi f’Tas-Sliema, viċin il-Waterfront Hotel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 tal-lejla fejn għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza tat-tip BMW u karozza tat-tip Renault Clio. Sorsi fil-midja jgħidu li hekk kif ħabtu, Renault Clio baqgħet dieħla ġo karozza oħra tat-tip Renault Captur. Il-karozza tal-aħħar mar fil-karreġġjata l-opposta u tela’ fuq il-bankina.

Minn naħa l-oħra, il-BMW misjuqa minn raġel ta’ 38 sena minn Raħal Ġdid, daħlet ġo Subaro J10 li kienet ipparkjata u ġiet imbuttata ġo karozza oħra pparkjata tat-tip Ford Focus.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-karozza tat-tip Renault Clio l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, u passiġġiera li kienet fl-istess karozza, mara ta’ 27 sena minn Ta’ Xbiex li qed isofri minn ġrieħi ħfief.