Lokali

BIL-FILMAT: Ara kif mara qalgħet pjanta minn ħamrija u serqitha

Mara li l-identità tagħha mhix magħrufa serqet pjanta minn quddiem dar privata.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta bejn d-9.30 u l-10 tas-Sibt filgħodu, fiż-żona ta’ fuq wara tal-Knisja ta’ Ħaż-Żabbar. Dan hekk kif il-mara nqabdet fuq is-CCTV ta’ dar tisraq il-pjanta li hi propjetà privata.

Il-mara tidher tħares madwarha, filwaqt li kif rat li m’hemm ħadd jaraha, qabdet il-pjanta, qalatha mill-ħamrija, daħlitha f’basket li kellha f’idha u telqet biha.

Ir-raġel li tkellem ma’ Net News qal li hu ma tkellimx sempliċiment minħabba li ttieħdet il-pjanta, iżda minħabba li dan jitqies bħala serq.