Lokali

“Il-festi għandhom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom” – Mons. Joe Galea Curmi

“L-iktar importanti f’ħajtek hi li inti tgħix bl-aħjar mod u bl-isbaħ mod il-vokazzjoni tiegħek, tkun xi tkun.”

Dan hu kliem l-Isqof Awżiljaru Elett, Monsinjur Joe Galea Curmi, f’intervista li saret mill-ġurnalist u editur Joe Cassar fil-gazzetta il-Mument, fejn l-Isqof Awzljarju elett qal li se jkun qed jgħin lill-Arċisqof biex jgħati servizz lill-oħrajn.

Dwar l-attendenza għall-quddies tal-Ħadd, ċensiment wara l-ieħor qed jindika tnaqqis fl-attendenza tal-quddies tal-Ħadd, u dan qed jindika li aktar nies qed jinqatgħu mill-Knisja. Imma dan ma jaqtax qalb Monsinjur Galea Curmi, li rrimarka li jsiru diversi inizzjattivi biex jinkoraġġixxu lin-nies biex imorru l-quddies b’mod frekwenti.

Monsinjur Galea Curmi pożittiv ukoll dwar il-vokazzjonijiet, fejn qal li meta komparat ma’ żminijiet passati, il-vokazzjoni għal saċerdot naqset ħafna, iżda meta komparat ma’ pajjiżi oħra, pajjiżna mhuwiex qiegħed f’pożizzjoni ħażina ħafna.

Ma setax jonqos ukoll li Dun Joe Galea Curmi jitkellem ukoll dwar il-festi hekk kif jirranka l-istaġun tal-festi. L-Isqof Awżiljarju Elett qal li l-festi għandhom ħafna tajjeb hekk kif ikun hemm sens ta’ għaqda. Madanakollu, hu qal li dak li hu negattiv hu li jkun hemm xi elementi li jifirdu, eżempju b’marċi li flok biex jiċċelebraw, jintużaw biex in-nies jinsultaw lill-oħrajn.

Il-konsagrazzjoni ta’ Monsinjur Joe Galea Curmi bħala Isqof Awżiljarju se ssir nhar l-4 ta’ Awwissu li ġej u l-intervista sħiħa tista’ tinqara fuq il-gazzetta il-Mument.