John Degenkolb rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France li kien pjuttost kaotiku, b’Greg Van Avermaet ikabbar il-vantaġġ fil-klassifika ġenerali.
Richie Porte kellu jabbanduna t-tiġrija wara waqgħa kmieni, bl-erba’ darbiet champion Chris Froome, Mikel Landa u Rigoberto Uran ukoll involuti. Romain Bardet kellu problemi mekkaniċi. Froome rkupra sat-tmiem ħdejn sieħbu ta’ Team Sky Geraint Thomas, 27 sekonda wara l-leaders.
Degenkolb irnexxielu jżomm il-pressjoni ta’ Van Avermaet u Yves Lampaert ta’ Quick-Step Floors. Fl-2015, il-Ġermaniż kien rebaħ it-tiġrija klassika Paris-Roubaix li għandha kważi l-istess korsa. It-tliet ċiklisti ħarbu b’madwar 20 kilometru għat-tmiem.
Illum hi ġurnata ta’ mistrieħ qabel mat-tiġrija tkompli fl-Alpi, fejn il-battalja għar-rebħa finali żżid fit-tensjoni.
Klassifika Ġenerali
1. Greg Van Avermaet 36:07.17
2. Geraint Thomas +0.43
3. Philippe Gilbert +0.44
4. Bob Jungels +0.50
5. Alejandro Valverde +1.31
6. Rafal Majka +1.32
7. Jakob Fuglsanf +1.33
8. Chris Froome +1.42
9. Adam Yates +1.42
10. Mikel Landa +1.42
//= $special ?>