Persuna ħelsitha ħafif wara li kienet involuta f’inċident li bih għelbet b’vann.
L-inċident seħħ il-Birgu u skont informazzjoni li għandu NET News, aktarx il-mara ħarġet mill-vettura waħidha.
Għalkemm ma jidhirx li ndarbet, ritratt li rċieva NET News juri lill-mara evidentament fi stat ta’ xokk tant li ġiet mgħejjuna minn żewġ persuni li nzertaw kienu fuq il-post.
//= $special ?>