Mara mis-Sannat kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fi Triq ir-Rabat fin-Nadur, ftit qabel l-4pm meta mara ta’ 46 sena mis-Sannat tilfet il-kontroll tal-karozza tat-tip Seat Ibiza bil-konsegwenza li l-vettura kellha mpatt ma’ siġra. Passiġġiera miegħu kien hemm il-vittma ta’ 81 sena, u mara oħra ta’ 54 sena min-Nadur.
Filwaqt li fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi, it-tlett nisa ttieħdu l-isptar għal aktar kura, madanakollu filwaqt li fortunatament is-sewwieqa u l-mara ta’ 54 sena ma ġarbu ebda ġrieħi, l-anzjana ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>