Lokali

Il-kumpanija Coca-Cola toħroġ fliexken b’disinni tal-kultura Maltija

Il-kumpanija Coca-Cola tiċċelebra lil Belt Valletta billi toħroġ tliet fliexken tal-Coca-Cola b’disinni ispirati mill-kultura u l-istorja rikka tal-istess Belt u l-Gżejjer Maltin.

Dan qed isir biex tiġi onorata bit-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura, bid-disinni jsiru mill-artista żgħażaugħa Maltija Maria Graziella Zammit.

Maria tgħid li ma tistax temmen li ntagħżlu d-disinji tagħha.

Id-disinni artistiċi ta’ dawn il-fliexken ġew ispirati minn dettalji dekorattivi li jinstabu f’xi wħud mill-aktar binjiet storiċi fil-Belt Valletta. Speċifikament id-disinji tat-Teatru Manoel, il-Palazz tal-Granmastru, il-gallariji tradizzjonali Maltin, u l-orizzont tal-Belt Valletta.

Maria Graziella Zammit spjegat kif tara t-Teatru Manoel f’għajnejha.

Fl-aħħar, Maria qalet kif kienet ispirata biex toħloq id-disinji li kreat.

Wieħed se jkun jista’ jsib dawn il-fliexken fil-ħwienet ta’ souvenirs, f’kafetteriji u ristoranti lokali.