Lokali

FILMAT: Portugiż jitlef ħajtu f’Kemmuna

Portugiż ta’ 41 sena tilef ħajtu wara li sab diffikulta fil-Bajja ta’ bejn il-Kmiemen (Blue Lagoon) f’Kemmuna waqt li kien qed jgħum. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00.

Ir-raġel ittella’ l-art u ngħata l-ewwel għajnuna minn membri tal-Emergency Response and Rescue Corps u ttieħed lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Sfortunatament aktar huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Puliżija qed tinvestiga dan l-inċident.