Lokali

Il-Prim Ministru qed jipperikola l-interess nazzjonali – The Malta Independent

Dak li qed jagħmel il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni qed ipoġġi f’periklu is-sigurtà nazzjonali. Fl-aħħar kwistjoni mal-Italja kient turija ta’ dgħufija mill-Prim Ministru Malti fil-konfront tal-Gvern Taljan.

Saħaq dan l-editorjal ta’ The Malta Independent meta kien qed jitratta s-suġġett tal-Immigrazzjoni bit-titlu “The migrants keep coming”.  Jgħid li qed niffokaw ħafna fuq l-immigrazzjoni li tiġi bid-dgħajjes imma hemm wisq aktar minn hekk. Hemm dawk li jiġu bl-ajruplan, dawk li jiskadilhom il-permess u hemm oħrajn li bl-aġir tagħhom kriminali il-qorti missha ordnat id-deportazzjoni.

L-editorjal jitkellemdwar il-każ tal-MV Lifeline u jgħid li minkejja  li ngħatajna l-impressjoni li l-immigranti ma kienux se jibqgħu hawn Malta llum pajjiżna għadu qed iżomm 160 immigrant minn dawk li ġew bl-MV Lifeline.

Isemmi wkoll l-aħħar kwistjoni dwar l-immigranti li kien hemm abbord il-lanċa tas-sajd fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkommetta ruħu li jieħu 50 minn dawk l-immigranti.

L-editorjal jgħid li Malta għandha rata ferm ogħla minn dik tal-Italja fejn tidħol immigrazzjoni. Filfatt Malta għandha rata ta’ 18.3 fil-mija għal kull elf Malti filwaqt li l-Italja għandha biss 2.4 fil-mija għal kull elf Taljan.

Interessanti wkoll li minkejja li f’Malta ma daħlux dgħajjes bl-immigranti bejn l-2015 u l-2017 kienu reġistrati bejn 1,600 u 1700 immigrant irregolari. Li jfisser li mill-Italja permezz ta’ ajruplan jew katamaran intbagħtu aktar minn 5,000 immigrant ifittxu refuġju.

L-editorjal jagħmel ukoll sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru u jappellalu biex jagħraf x’inhu l-veru interess nazzjonali.