Lokali

Imut l-iskultur Malti Gabriel Caruana

L-artist Malti Gabriel Caruana miet fl-età ta’ 89 sena, meqjus bħala wieħed mill-pjunieri fl-arti moderna u kontemporanja Ewropea.

Iċ-ċeramista u skultur Malti twieled fl-1929 f’Ħal Balzan, fejn tul il-karriera estensiva tiegħu eżebixxa xogħlu f’diversi pajjiżi fosthom fir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Ġermanja u l-Italja. Caruana studja kemm f’Malta, fl-Italja, l-Istati Uniti kif ukoll taħt għajnejn l-artist Brittaniku Victor Pasmore.

Pasmore kien iddeskriva xogħol l-artist Malti bħala wieħed frisk, liberu u vivaċi – perfett għall-arti moderna.

Lura fl-2016 Caruana waqqaf il-Fondazzjoni Gabriel Caruana sabiex jingħata sostenn kontinwu għall-arti moderna u kontemporanja f’Malta.