Internazzjonali

RITRATTI: Il-magħmudija tal-Prinċep Louis

Fir-Renju Unit, ilbieraħ ħarġu r-ritratti tal-magħmudija tal-aħħar wild tal-Prinċep William u martu d-Dukessa ta’ Cambridge, il-Prinċep Louis.

B’kollox inħarġu erba’ ritratti tal-magħmudija, li saret fid-9 ta’ Lulju f’The Chapel Royal, fis-St James’s Palace, u bir-ritratti meħuda mill-fotografu Matt Holyoak. Dan il-fotografu hu l-istess wieħed li kien ħa r-ritratt għas-70 anniversarju taż-żwieġ bejn ir-Reġina u l-Prinċep Philip. Din il-magħmudija, li damet 40 minuta, kienet ukoll l-ewwel darba li d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge qed jidhru flimkien bħala familja ta’ ħamsa. Il-prinċep Louis twieled fit-23 ta’ April.