Internazzjonali

Erba’ immigranti jegħrqu ‘l barra minn Linosa

Il-kaptan tad-dgħajsa tal-immigranti jinsab arrestat

Traġedja oħra fil-Mediterran hekk kif fi tmiem il-ġimgħa, ‘il barra minn gżira Taljana ta’ Linosa, għerqu erba’ immigranti li kienu qed jaqsmu lejn l-Italja b’dgħajsa.

Skont ir-rapport li qed jaslu, l-immigranti qabżu fil-baħar malli raw il-patrol boats Taljani u l-vapur Protector tal-Frontex. Iżda sfortunatament, kien hemm erbgħa mill-immigranti li għerqu malli qabżu biex jgħumu lejn il-vapuri ta’ salvataġġ.

Il-kriminali li kienu qed iġorru lil dawn l-immigranti ġew arrestati u se jitressqu quddiem il-Qorti f’Ragusa akkużati fost l-oħrajn bi qtil.