Internazzjonali

AĠĠORNATA: Tifel u mara jitħallew imutu; il-Libjani jwaqqfu dgħajsa bl-immigranti

Il-158 abbord ittieħdu lejn il-belt ta' Khoms

Ritratti ppubblikati mill-ngo Open Arms juru l-katavri ta’ mara u tifel li allegatament tħallew imutu mil-Libjani li marru biex isalvawhom. Il-każ ħoloq furur kbir l-aktar fl-Ewropa fejn hu evidenti li s-saga tal-immigrazzjoni għadha ma spiċċatx.

Open Arms ippubblikat dawn ir-ritratti fuq Twitter, fejn jidhru żewġ katavri fil-baħar. Aktar tard, ixxandar ukoll filmat.

AKTAR KMIENI

Il-Gwardja tal-Kosta Libjana interċettat dgħajsa li fuqha kellha mal-158 immigrant irregolari li kien għadu kif telaq mill-kosta tal-Libja, f’direzzjoni lejn l-Ewropa.

Fil-grupp ta’ immigranti kien hemm 34 mara u 9 itfal.

Issa l-persuni kollha ttieħdu f’ċentru għall-immigranti f’Khoms, fejn ingħataw assistenza umanitarja.

Dalgħodu stess ħarġet l-aħbar li barra l-gżira ta’ Linosa seħħet traġedja oħra li fiha mietu erba’ immigranti.

Erba’ immigranti jegħrqu ‘l barra minn Linosa