Pazjenti tad-dijabete tat-tip 2 għadhom jistennew li jingħataw il-labar għall-magni li jkejlu l-livell taz-zokkor fid-demm.
Persuni li rċevew il-magni li jintużaw biex ikejlu l-livell taz-zokkor fid-demm qed ikollhom imorru għand l-ispiżjara biex jixtru l-labar għal dawn il-magni.
Dan meta l-gvern baqa’ ma provdiex il-labar li jintużaw minn dawn il-pazjenti, uħud minnhom saħansitra darbtejn jew tliet darbiet kuljum, biex iżommu kont tal-livell taz-zokkor tagħhom.
Il-pazjenti jużaw il-magni biex jieħdu kampjun żgħir tad-demm u jkejluh permezz ta’ stikek li jimmarkaw fost l-oħrajn il-livelli taz-zokkor fid-demm. Dan il-proċess huwa wieħed importanti għal min ibati minn din il-kundizzjoni sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet oħrajn fis-saħħa.
Persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni huma iktar suxxettibbli għal infezzjonijiet u għalhekk iridu joqogħdu iktar attenti x’labar jużaw.
Dawk li tkellmu ma netnews.com.mt qalu li wara tant stennija biex ingħataw dawn il-magni issa jħossuhom diżappuntati li issa li tqassmu se jkollhom jidħlu fi spiża xorta waħda biex jixtru l-labar li jintużaw b’mod regolari.
//= $special ?>