Futbol Kurżitajiet Lokali

Sanchez jibqa’ l-art…minħabba l-kumpanija tiegħu f’Malta

Alexis Sanchez fid-debutt tiegħu ma' Manchester United (Ritratt: manutd.com)
L-attakkant ta' 29 sena mhux se jkun ma' sħabu l-oħra fl-Istati Uniti

Iċ-Ċilen Alexis Sanchez spiċċa tilef it-tour ta’ Manchester United fl-Istati Uniti minħabba li ma nħarġitlux Visa. Ir-raġuni hi sempliċi – bħalissa Sanchez qed jiskonta sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ frodi fit-taxxa, u allura dan jagħmlu mhux eleġibbli biex jivjaġġa lejn l-Istati Uniti għal-logħob ta’ qabel l-istaġun.

Il-każ ta’ Sanchez imur lura għall-2012 u l-2013 meta l-attakkant kien jilgħab ma’ Barcelona.

Jirriżulta li hu poġġa’ mal-miljun ewro f’kumpanija immbażata f’Malta, liema flus ma kienux dikjarati.

Sanchez ingħaqad ma’ Manchester United f’Jannar li għadda, u sa issa ftit li xejn ħalla mpatt mar-Red Devils.