Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Impatt bejn karozza u mutur iħalli sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.50pm fi Triq it-Tiġrija, fir-Rabat hekk kif sar impatt bejn karozza tat-tip Renault Megean misjuqa minn raġel ta’ 23 sena minn Nepal u mutur tat-tip Kawasaki J300 misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat.

Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.