Għal uħud kienet ispirazzjoni. Għal oħrajn kien biss show biex tiġbed l-attenzjoni.
Kienu mħallta r-reazzjonijiet tan-nies wara li l-mudella Mara Martin dehret timmudella fuq il-catwalk ta’ Sports Illustrated f’Miami flimkien mat-tifla tagħha Aria. Martin kellha t-tifla f’idejha waqt li ħarġet timmudella bil-malja lewn id-deheb – iżda ma kinitx il-malja li serqet ix-xena.
It-titli tal-ġurnali kienu kollha iffukati fuq il-fatt li l-mudella ħarġet fuq il-catwalk waqt li kienet qed tredda’ lil Aria. U dan kollu ħoloq furur kbir fuq il-media soċjali.
Mara Martin esprimiet ruħha sorpriża għall-fatt illi xi ħaġa li hi tagħmel ta’ kuljum spiċċat serqet ix-xena. “Fuq kollox, din hi l-istorja tiegħi ta’ omma”, qalet Martin.
Martin kienet waħda minn 16-il persuna li ntagħżlu għal din il-catwalk f’Miami.
Biex tkompli tipproteġi lit-tifla, il-mudella libsitilha headphones ta’ lewn blu ħalli ma titgerfix biċ-ċapċip u l-ħsejjes tas-sala.
Iċ-ċkejkna Aria għandha 5 xhur.
//= $special ?>