VALLETTA………….. 1
FK KUKESI…………. 1
Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre, S. Borg, R. Camilleri, J. Zerafa (K. Nwoko 87’), R. Muscat, M. Alba (B. Gavrila 90’), R. Saleh (J. Cruz Gill 83’), M. Piciollo, M. Fontanella
Kukesi: S. Frasheri, Y. Shameti, A. Alla, S. Rumbullaku, B. Musolli, I. Dzaria, D. Shkodra (H. Harba 57’), A. Cyrbja (V. Ethemi 65’), V. Zguro (D. Spehar 58’), S. Plaku
Imwissija: J. Zerafa 8’, M. Alba 70’ (V), V. Zguro 39’, S. Rumbullaku 78’, Y. Shameti 92’ (K)
Skorjaw: S. Malano 67’ (V), I. Dzaria 84’ (K)
Referee: Igor Pajac (Kroazja)
Assistenti Referees: Ivica Modric (Kroazja), Vedran Durak (Kroazja)
Attendenza: 1307
Valletta naqsu li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League wara li sfaw eliminati minn FK Kukesi 1-1, biex l-Albaniżi għaddew b’aggregate ta’ 1-1 wara li l-ewwel leg il-ġimgħa l-oħra spiċċat 0-0.
B’hekk kienu eliminati mingħajr ma kienu megħluba, b’gowl li seta’ ġie evitat faċilment wara żball ta’ Henry Bonello. Valletta jkomplu l-avventura Ewropea fit-tieni rawnd tal-Europa League kontra Spartak Trnava jew Zrjinski.
Il-Beltin kellhom l-inizjattiva tul il-partita, bir-riħ jikkundizzjona l-logħba mhux ftit. Fl-ewwel taqsima, Valletta kienu favur ir-riħ u pruvaw jagħfsu għal gowl li iżda ma wasalx. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fit-tieni taqsima u deher li Valletta setgħu jagħmluha wara l-gowl f’nofs it-tieni taqsima.
Valletta fetħu fuq l-offensiva u wara ħames minuti, daqqa ta’ ras ta’ Matteo Piciollo għaddiet barra. Fid-19-il minuta xutt ta’ Alba ħabat ma’ ras ta’ Shameti u spiċċa f’korner. Aktar attakki ta’ Valletta u fil-35 minuta Malano qassam lejn Piciollo li prova b’xutt fil-baxx, iżda t-tentattiv għadda barra.
Santiago Malano mar viċin fit-42 minuta b’xutt kross li kien imdawwar f’korner, biex minuta wara, l-istess plejer xeħet għoli mill-viċin.
Minkejja li kellhom ir-riħ kontrihom, Valletta baqgħu xorta jiddettaw il-logħob u fl-54 minuta resqu viċin b’Santiago Malano jħabbat il-ballun ma’ Mario Fontanella iżda x-xutt finali bix-xellug għadda ftit barra. Kukesi kellhom okkażjoni tajba mas-siegħa logħob meta r-referee Igor Pajac iġġudika back-pass ta’ Joseph Zerafa lil Henry Bonello. Iżda mill-free-kick mill-kaxxa, ix-xutt ta’ Rumbullaku kien blokkat tajjeb.
Valletta marru fil-vantaġġ meritatament fis-67 minuta. Kienet azzjoni persistenti mix-xellug ta’ Joseph Zerafa, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ SANTIAGO MALANO li daħal fuq il-ġirja u b’xutt mix-xellug għar-rokna għeleb lil Frasheri.
It-tim ta’ Doncic kien qed jipprova jfittex it-tieni gowl u fid-79 minuta, il-captain Ryan Camilleri prova b’xutt fid-79 minuta li għadda fuq il-lasta.
Iżda fl-84 minuta seħħ dak li sa dak il-ħin ftit ħasbu li seta’ jiġri. Kien xutt fil-baxx mix-xellug ta’ Rumbullaku, Henry Bonello salva mingħajr ma żamm, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ IRAKLI DZARIA li ma kellux problemi biex jiskorja minn quddiem il-lasta.
Valletta tefgħu kollox fuq l-attakk biex isalvaw il-kwalifikazzjoni, iżda kien fadal ftit ħin biex isalvaw il-logħba.
//= $special ?>