Futbol Kurżitajiet Sport

It-tim ta’ Żejtun iferraħ lit-tfal fil-Ghana

Dan il-filmat juri l-ferħ fuq wiċċ it-tfal tal-Ghana li fl-aħħar jiem irċievew ammont ta’ flokkijiet ta’ Żejtun Corinthians; ġest mill-isbaħ mill-klabb Malti.

It-tfal jidhru fil-filmat jirrigrazzjaw lil Żejtun Corinthians.

Fuq Facebook, il-klabb qal li din l-inizjattiva ttieħdet sabiex jgħinu lil tfal li jgħixu f’zoni foqra tal-Ghana.