Lokali

Ma tammettix li attakkat gwardjana tal-ħabs

Lorraine Vella, ta’ 46 sena, li bħalissa qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija, ċaħdet li attakkat gwardjan tal-ħabs waqt li kienet qed tiġi eskortata fl-Isptar Mater Dei.

Vella tresqet quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja l-Erbgħa wara nofsinhar akkużata li darbet ħafif il-gwardjana, irreżistitha bi vjolenza, użat kliem oxxen fil-pubbliku, kisret il-paċi, m’obdietx ordnijiet u ġiet riċediva.

Lorraine Vella, bħalissa qed tiskonta sentenza oħra ta’ ħabs meta minkejja li kienet mmanetjata attakkat lil gwardjana.

L-avukat difensur Franco Debono oġġezjona li l-mara tressqet quddiem il-qorti taħt arrest meta hi diġa qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija bil-qorti tgħid li l-azzjoni tal-Pulizija kienet ġustifikata.

Vella wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. L-avukat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużata diġa qed tiskonta sentenza ta’ ħabs.