F’Ġunju li għadda r-rata l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna żdiedet għal 2 fil-mija. Dan kien konfermat minn ċifri ppubblikati mill-NSO.
Iż-żieda fl-inflazzjoni kienet l-aktar dovuta għal żidiet fil-prezzijiet tal-lukandi u r-ristoranti, żieda fil-prezz tal-ikel, żieda fil-prezz ta’ għamara u apparat elettroniku tad-djar, żieda żgħira fis-servizzi tas-saħħa u żieda akbar li tidher fil-faxxa li tiġbor fiha l-housing, dawl u ilma, gass u fuels oħra.
Meta wieħed iqabbel l-istatistika tal-NSO maċ-ċifri li ħarġu illum stess mill-Eurostat, joħroġ ċar li l-għoli tal-ħajja f’Malta hija agħar minn dik f’Ċipru, l-Italja, il-Polonja, l-Olanda u saħansitra l-Fillandja fejn il-prezzijiet huma orħos minn tagħna.
Dan hu s-sitt xahar konsekuttiv li fih rajna żieda fl-inflazzjoni.
//= $special ?>