Raġel ta’ 28 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ iktar minn kilo u nofs tal-kannabis.
L-arrest seħħ ilbieraħ hekk kif ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabet li raġel residenti l-Mosta kellu sustanza kannella fuqu, allegatament raża tal-kannabis, filwaqt li nstabu ukoll xi armi u munizzjoni li m’humiex skont il-liġi.
Bil-każ ġiet nfurmata l-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti beix jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Ir-raġel inżamm taħt arrest biex jgħin fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Hu mistenni li jitressaq il-Qorti għada l-Ġimgħa taħt arrest.
//= $special ?>