Delegazzjoni ta’ tmien Ewro-Parlamentari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili se żżur Malta u s-Slovakkja bejn is-17 u d-19 ta’ Settembru biex teżamina s-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u s-sigurtà tal-ġurnalisti fiż-żewġ pajjiżi.
L-għan taż-żjara tad-delegazzjoni huwa li tara mill-qrib xi żviluppi kien hawn f’Malta u tkompli x-xogħol ibbażat fuq ir-riżultati tal-missjonijiet preċedenti fiż-żewġ pajjiżi.
Il-missjoni kienet suġġerita mill-grupp ta’ monitoraġġ dwar l-istat tas-saltna tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li għadu kif twaqqaf mill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili f’Ġunju. Il-grupp qed jindirizza b’mod speċifiku s-sitwazzjoni f’Malta u s-Slovakkja.
Il-President ta’ dan il-grupp ta’ monitoraġġ, Sophie in ‘t Veld (ALDE, NL), qalet: “Aħna ħadna pożizzjoni spalla ma’ spalla mal-familja u l-ħbieb tal-ġurnalisti maqtula f’Malta u fis-Slovakkja. Dawn id-delitti jridu jiġu solvuti, ma jistax ikun hemm impunità. Il-ġurnalisti jridu jkunu jafu li jistgħu jagħmlu xogħolhom mingħajr periklu. Se nżuru Malta u Slovakkja għal darb’oħra biex niksbu aktar tweġibiet u jkollna stampa ċara ta’ kif inhi s-sitwazzjoni.
//= $special ?>